Logo

Merchandise online store

Coming soon

Ghall-ahhar tas-sena tal-1990 l-Onorevoli Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone, waqt zjara fil-klabb kien innota l-limiti kollha tal-post, kien tana x’nifhmu li seta’ kien hem il-possibilta’ li nakkwistaw local ahjar milli kellna. Ghal sena shiha mbaghad ma kienx sar ebda zvilupp izda fit-23 ta’ Jannar 1992, wara li filghodu kellna zjara mill-Prim Ministru, l-Onorevoli Eddie Fenech Adami, filghaxija delegazzjoni tal-kumitat kellha laqgha mal-Ministru fid-dar tieghu fi-Pjazza San Frangisk. Il-Ministru fisser li l-politika tal-Gvern kienet dik li jghin kemm jista’, b’xi mod jew iheor, lill-klabbs sportivi u ohrajn biex dawn jizviluppaw u jimxu l-quddiem. Wara li tkellem mal-kumitat u anke wara z-zjara tieghu fil-klabb hu fehem li local gdid kien prijorita’ ghall-Victoria Hotspurs. Konna nafu wkoll li kien ferm difficli li jinstab post addattat fl-inhawi ta’ fejn Pjazza San Frangisk. Ghalhekk huwa offrielna garaxx kbir fi Triq Enrico Mizzi, parti mill-isptar l-antik, li kien ser jitwaqqa u floku jitla’ l-klabb il-gdid taghna. Il-lokal kien idejali, kwazi gol-pjazza nnifisha u l-kumitat laqa’ din l-offerta bil-ferh.

Nhar is-7 ta’ Frar 1992 il-President Gorg Said u Michael Camilleri iffirmaw ftehim provizorju dwar it-tmexxija ta’ da nil-post fil-prezenza ta’ l-Onorevoli Ministru u tas-Sur Victor Vella Muskat, Segretarju ghal Ghawdex, li ffirma ghan-naha tal-Gvern. Din kienet holma li bdiet issir realta.

Fi tmien l-istagun gie deciz li, issa li kellna c-cwievet ta’ dan il-garazz, il-Laqgha Generali naghmluha hemm gew stess.