Logo

Merchandise online store

Coming soon

June 20, 2025

Club Statement

Nhar it-Tnejn li għadda, waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Gozo Football Association (GFA), ġiet ippreżentata mozzjoni biex jinbidel l-istatut tal-istess Assoċjazzjoni. Din il-mozzjoni, imressqa mis-S.K.V.W. u l-Oratory Youths, u ffirmata mill-Presidenti rispettivi tagħhom, ipproponiet bidla li għandha impatt dirett fuq il-futur tal-klabbs fil-Belt Victoria.

S’issa, l-istatut kien jippermetti li jkun hemm membru wieħed minn kull raħal, u sa tliet timijiet mill-Belt Victoria – rifless realistiku tal-kontribut u l-wirt sportiv li Beltna dejjem kellha fil-futbol Għawdxi. Il-mozzjoni approvata issa tippermetti massimu ta’ żewġ timijiet mill-Belt, u d-dikjarazzjonijiet kif ukoll l-azzjonijiet marbuta magħha jagħtu l-impressjoni ċara li dan sar bl-iskop li jnaqqas – jew saħansitra jeskludi – lill-klabb tagħna minn kwalunkwe parteċipazzjoni li seta’ jkollu fil-futur fil-qalba tal-futbol Għawdxi.

Ma hemmx għalfejn tkun espert biex tifhem li dan huwa pass opportunistiku – mmexxi mhux minn prinċipji ta’ ġustizzja jew governanza tajba, iżda minn interessi parzjali u partiġġjani. Filwaqt li wieħed jistenna li l-klabbs jaħdmu flimkien biex isaħħu l-logħba lokali, irnexxielhom jaraw bħala prijorità li jbiddlu statut – f’mument meta l-futbol Għawdxi diġà qed jiffaċċja sfidi kbar, kemm finanzjarji kif ukoll strutturali.

Għalina, il-fatt li wieħed mill-firmatarji ta’ din il-mozzjoni huwa wkoll is-Sindku tal-Belt Victoria huwa ta’ diżappunt profond. Qatt ma stennejna li l-ewwel rappreżentant tal-Belt ikun parteċipi f’azzjoni li għandha l-effett li teskludi klabb li ilu jagħmel ġieħ lil Beltna għal għexieren ta’ snin – jew li potenzjalment iċaħħad tim ieħor milli jitwieled fil-futur fil-Belt tagħna.

Irridu nfakkru b’mod ċar u bla tlaqliq: għalkemm l-isem tagħna tneħħa mill-GFA, ħadd ma jista’ jneħħi l-istorja, il-valuri u l-wirt tal-Victoria Hotspurs. Aħna konna u nibqgħu l-klabb ewlieni tal-Belt Victoria – l-uniku klabb li ħadem u għadu jaħdem biex iġib ġieħ veru lill-Beltna, b’unuri li ħaddieħor qatt ma rnexxielu jikseb.

Il-Victoria Hotspurs, b’aktar minn 75 sena storja, b’eluf ta’ partitarji leali, u b’kontribuzzjoni konkreta għall-iżvilupp tal-futbol Għawdxi, ma jistax jibqa’ sieket quddiem attentat bħal dan li jfittex li jnaqqas il-kompetizzjoni b’mod artifiċjali u mhux sportiv.

Il-futbol tagħna jixraqlu parteċipazzjoni wiesgħa, lealtà u viżjoni ta’ futur – mhux kalkoli u esklużjonijiet moħbija.

Il-Victoria Hotspurs jibqa’ kommess li jiġġieled għal dak li hu ġust – mhux biss għall-futur tal-klabb tagħna, imma għall-prinċipji li jagħmlu l-logħba sabiħa tassew denja.

Aħna Għawdxin – Aħna Rabtin – Aħna l-Hotspurs
Għal dejjem

Next match

  • 13

    days

  • 6

    hrs

  • 41

    mins

  • 52

    secs

Victoria Hotspurs F.C.

Victoria Hotspurs F.C.

Qrendi F.C.

Qrendi F.C.

29/11

National Amateur League I

Luxol Ground | 15:00

Latest results

National Amateur League I
Centenary Stadium | 09 November 2025

Attard F.C.

2 - 1

Victoria Hotspurs F.C.

Attard F.C. v Victoria Hotspurs F.C.

Fixtures 2018/2019

National Amateur League I
Luxol Ground | 15:00

Victoria Hotspurs F.C.

29/11

Qrendi F.C.

Victoria Hotspurs F.C. v Qrendi F.C.

National Amateur League I
Charles Abela Stadium | 14:00

Xghajra Tornados

07/12

Victoria Hotspurs F.C.

Xghajra Tornados v Victoria Hotspurs F.C.