1991-1992
Hotspurts in Nichelino & the New Club
Jekk forsi fuq il-pitch ma konniex entuzjazmajna lis-supporters taghna, barra mill-ground saru zviluppi nteressanti hafna dwar local gdid ghall-klabb taghna. Ghal l-ahha tas-sena tal-1990 l-Onorevoli Ministru ghal Ghawdew Anton Tabone, waqt zjara fil-klabb kien innora l-limiti kollha tal-post, kien tana x’nifhmu li seta’ kien hem i-possibilta’ li nakkwistaw local ahjar milli kellna. Ghal sena shiha mbaghad ma kienx sar ebda zvilupp izda fit-23 ta’ Jannar 1992, wara li filghodu kellna zjara mill-Prim Ministru, l-Onorevoli Eddie Fenech Adami, filghaxija delegazzjoni tal-kumitat kellha laqgha mal-Ministru fid-dar tieghu fi-Pjazza San Frangisk. Il-Ministru fisser li l-politika tal-Gvern kienet dik li jghin kemm jista’, b’xi mod jew iheor, lill-klabbs sportive u ohrajn biex dawn jizviluppaw u jimxu l-quddiem. Wara li tkellem mal-kumitat u anke wara z-zjara tieghu fil-klabb hu fehem li local gdid kien prijorita’ ghall-Victoria Hotspurs.
Konna nafu wkoll li kien ferm difficli li jinstab post addattat fl-inhawi ta’ fejn Pjazza San Frangisk. Ghalhekk huwa offrielna garaxx kbir fi Triq Enrico Mizzi, parti mill-isptar l-antik, li kien ser jitwaqqa u floku jitla’ l-klabb il-gdid taghna. Il-lokal kien idejali, kwazi gol-pjazza nnifisha u l-kumitat laqa’ din l-offerta bil-ferh. Nhar is-7 ta’ Frar 1992 il-President Gorg Said u Michael Camilleri iffirmaw ftehim provizorju dwar it-tmexxija ta’ da nil-post fil-prezenza ta’ l-Onorevoli Ministru u tas-Sur Victor Vella Muskat, Segretarju ghal Ghawdex, li ffirma ghan-naha tal-Gvern.
Din kienet holma li bdiet issir realta. Fi tmien l-istagun gie deciz li, issa li kellna c-cwievet ta’ da nil-garazz, il-Laqgha Generali naghmluha hem gew stess.
The team
Victoria Hotspurs before the match against Nichelino at the Centro Sportivo Don Bosco in Nichelino – 03/10/91. Victoria Hotspurs won the game 3-1.
Back Row: Vincent Grech (kowc) , S.Sillato, R.Masini, Tw.Farrugia, R.Portelli, N.Cardona, T.Grech.
Front Row: C.Formosa, L.Cremona, M.Cremona, Tw.Attard, M.Cremona, F.Portelli